Il-Prim Ministru jibqa’ l-iktar persuna li għandha interess li l-inkjesta ta’ Egrant tkun ippubblikata. Dan għax kienu hu u familtu l-vittmi ta’ dan l-ikbar frame up politiku, kif deher ċar fil-konklużjonijiet tal-inkjesta ppubblikati b’mod sħiħ. Liema konklużjonijiet il-Kap tal-Oppożizzjoni użahom biex ikeċċi lil Simon Busttil.
Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista fejn qal “peró Adrian Delia għaġġel imur il-Qorti biex jitlob lilha tiddeċiedi dwar dan.”
L-istqarrija temmet tgħid li min jirrispetta r-rule of law jirrispetta d-deċiżjonijiet tal-Qorti. Il-Qorti ċaħdet it-talba ta’ Adrian Delia u għax inqabad f’kantuniera issa spiċċa jagħmel tiegħu din il-gidba.