Il-Parlament ivvota favur mozzjoni emendata mill-Gvern biex tissejjaħ inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galiza wara li jitlestew l-investigazzjonijiet li għaddejjin.
L-emenda approvata tagħmel referenza għall-investigazzjoni kriminali u l-inkjesta bil-Maġistrat li għaddejjin bħalissa u tgħid ukoll li l-Kamra tinnota r-rieda tal-Prim Ministru li tissejjaħ inkjesta ulterjuri wara li jitlestew l-investigazzjonijiet li għaddejjin.
L-emenda għaddiet b’36 vot favur u 25 vot kontra.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ma kienx preżenti għall-votazzjoni għax għażel li jmur fl-Unjoni Ewropea flok jivvota f’mozzjoni li ressaq huwa stess biex jinħatar bord ta’ inkjesta dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia.
Interessanti l-fatt ukoll li l-membru tal-Oppożizzjoni talbu division u vvotaw kontra l-emenda tal-Gvern, iżda la opponew u lanqas talbu vot fuq il-mozzjoni emendata.
Id-deputati Nazzjonalisti spiċċaw ivvotaw ukoll kontra emenda li ressqu ż-żewġ deputati tal-Oppożizzjoni Marlene u Godfrey Farrugia.