Delegazzjoni ta’ żewġ għalliema u ħdax-il student mir-rokna tax-xjenza Ċiniża, fi ħdan il-Kulleġġ Santa Margherita, se jżuru ċ-Ċina.
Tul dawn il-ħdax-il jum, l-istudenti tal-iskola sekondarja Verdala, se jżuru tliet ibliet ewlenin, Beijing, Jining u Chengdu. Barra minn hekk se jżuru diversi postijiet turistiċi, fosthom il-Great Wall of China.
Huma se jiltaqgħu ukoll ma’ Hu Heping, li huwa l-Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura Ċiniż.
Is-sena l-oħra dawn l-istudenti kienu bagħtu ittra lill-President Ċiniż, Xi Jinping, fejn esprimew l-interess u l-ammirazzjoni tagħhom lejn il-kultura Ċiniża.
Fit-tweġiba li kien bagħtilhom, huwa kien stedinhom sabiex jieħdu sehem fi skambji u studji, fiċ-Ċina.