Il-Prim Minstru Joseph Muscat akkompanjat mis-Segretarji Parlamentari Anthony Agius Decelis u Clifton Grima, iltaqgħu ma’ delegazzjoni tal-iSpecial Olympics, fosthom mal-għawwiema internazzjonali Donna de Verona u David Evangelista u mas-CEO tal-iSpecial Olympics Europe, Eurasia u l-President tal-iSpecial Olympics Malta, is-Sinjura Michelle Muscat.
Id-delegazzjoni internazzjonali faħħret bis-sħiħ lill-Gvern Malti għall-miżuri li ttieħdu fil-qasam tal-persuni b’diżabilita, fejn saħqu li miżuri ta’ dan it-tip lanqas biss għadhom daħlu fl-Istati Uniti.
Finalment il-Prim Ministru saħaq kif il-Gvern ser jibqa’ ta’ sostenn u għajnuna għal tfal b’diżabilità, fosthom dawk li jipparteċipaw fl–iSpecial Olympics Malta.