Delegazzjoni għolja miċ-Ċina, ilbieraħ kellhom laqgħa mad-Deputat Speaker tal-Kamra tar-Rapreżentanti, Claudette Buttigieg fil-Parlament.
Id-delegazzjoni kienet immexxija mill-Viċi President tal-Provincial People’s Congreve, Yu Zhang.
Id-delegazzjoni Ċiniża ġiet mistiedna f’Malta mill-ex Ministru Laburista Reno Calleja, li hu magħruf għat-tisħiħ fir-relazzjonijiet bejn Malta u ċ-Ċina.
Iż-żewġ naħat iddiskutew kif jistgħu jissaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.