Delegazzjoni ekonomika mill-Etjopja li żaret lil pajjiżna fl-aħħar jiem faħħret bis-sħiħ il-potenzjal ta’ kummerċ li Malta tista’ toffri.
Id-delegazzjoni magħmulha mill-“Ethiopia Investment Agency” u l-“Ethopian Industrial Parks” bdew ħidma sabiex jiddentifikaw opportunitajiet ta’ kummerċ fosthom l-Intelliġenza Artifiċjali u Blockhain, is-Settur tal-Avjazzjoni, is-Settur Mediku u s-Settur tal-Edukazzjoni.
F’laqgħa l-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Promozzjoni u Kummerċ Carmelo Abela saħaq kemm dan il-pajjiż fil-Kontinent Afrikan għandu l-potenzjal sabiex ikun sieħeb strateġiku kummerċjali ta’ pajjiżna.
Il-Ministru Abela sostna: “Naturalment Etjopja huwa pajjiż kbir li jinsab fl-Afrika fejn joffri opportunitajiet kummerċjali, pajjiż li jitkellem bil-lingwa Ingliża, pajjiż li għandu s-sit tal-Unjoni Afrikana li tiġi ekwivalenti tal-Unjoni Ewropeja li tinsab ġewwa Brussell.”
L-Onor. Abela tkellem kif dan qed isir permezz ta’ laqgħat bejn l-aġenziji ta’ investiment mill-Etijopja u aġenziji Maltin fosthom Trade Malta u Malta Enterprise u żied jgħid li hemm il-possibilita li s-sena dieħla tintbagħat delegazzjoni kummerċjali Maltija lejn l-Etijopja
Min-naħa tagħhom, il-parteċipanti mill-Etijopja qalu kif din iż-f’pajjiżna fetħitilhom għajnehom fuq l-opportunitajiet ta’ kummerċ li jeżistu lejn Malta.
Stqarrew li b’dan il-ftehim, iż-żewġ pajjiżi ser ikunu qed jaraw żieda ta’ xogħol għaċ-ċittadini tagħhom.
Hanna Arayaselassie, mill-Kummissjoni għall-investiment fl-Etijopa qalet: “Given the common interests we have there are opportunities for building chains between the European manufacture sector and Maltese and secondly investments companies that are interested in reaching the African market.”
Intant, f’dan iż-żmien qed jiġi stabbilit ukoll kif kumpaniji Maltin fiż-żmien li ġej ikunu jistgħu jibdew iħarsu lejn l-Etjopja bħala gateway għall-Afrika u viċi versa.