Is-sewwieqa maltija tal-Karting Delcine Galea fi tmiem il-ġimgħa se tkun qed tirrapreżenta lill-pajjiżna fix-xena intrenazzjonali. Galea se tieħu sehem fil-FIA Karting European Championship għall-Kategoriji OK, Junior u Academy, avveniment li se jsir fiċ-ċirkwijt ikoniku ta’ Val d’Argenton fi Franza.
Il-parteċipazzjoni ta’ Delcine Galea’s hija important għax se tkun qed tingħaqad ma’ 244 sewwieq minn 62 pajjiż differenti.
Iċ-ċirkwijt ta’ Val d’Argenton għandu importanza għall-motorsport internazzjonali għax fih ikkompetew sewwieqa kbar bħal Nico Rosberg, Fernando Alonso, Robert Kubica, Kimi Raikkonen u Lewis Hamilton. Huwa se jkun qed jerġa jilqa’ lp-kompetizzjonijiet wara assenza ta’ 14-il sena.
Għal Delcine Galea dawn il-kampjonati se jkunu ta’ opportunita’ sabiex turi l-ħiliet tagħha.