“Dejjem se tkun f’qalbi u ibqa’ ħarisna.”
Dan kien il-messaġġ ta’ Isabella Aquilina, omm Joseph Cilia li lbieraħ ħall din id-dinja.
Fuq il-midja soċjali kienu wkoll diversi persuni li wrew is-sogħba tagħhom għall-mewt ta’ Joseph Cilia li kien attiv fix-xena sportiva.
Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni għall-uffiċjali tal-futbol qalet kif Cilia kien membru tagħha. L-assoċjazzjoni ddeskrivietu bħala persuna li kellu passjoni kbira għall-futbol u fl-istess ħin ried ikompli jistudja.
Is-South End Core fuq post fuq Facebook ukoll urew id-dieqa tagħhom għal din l-aħbar xokkanti “għadna qas nistgħu nemmnu.” Filwaqt li ddeskrivewh bħala membru “kwiet, mistħi, qalbu tajba u li dejjem kien preżenti għal-logħob tan-Nazzjonal.”