Wara li t-tim nazzjonali Malti tal-irġiel kiseb rebħa kbira ta’ 11-1 fil-kwarti tal-finali kontra l-Awstralja Malta ġiet imwaqqfa fis-semi finali mit-tim nazzjonali tal-Irlanda ta’ Fuq. Dawn tal-aħħar, detenturi tat-titlu kif ukoll favoriti għar-rebħ tal-kampjonati ta’ din is-sena, kellhom jitħabtu mhux ħażin biex għelbu lit-tim Malti 11-8.
Malta issa tkun impenjata f’ żewġ semi finali oħra fil-kategoriji taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tminntax -il sena u tal-over 50’s. Dawn is-semi finali ser jintlagħabu fis-7 pm ħin ta’ Malta.
Sadanittant Dejan Grech u Ryan Pisani ikkwalifikaw għall-finali tal-kampjonati mondjali tad-doubles bil-finali tintlagħab għada fit-12.30 pm ħin ta’ Malta.