Dejan Grech huwa r-rebbieħ tat-Tieni Ranking Tournament tal-istaġun organizzat mill-Malta Pool Association. Fil-finali l-ex champion Ewropej għeleb l-isfida ta’ Miguel Falzon bl-iskor ta’ 8-4. Falzon għalaq l-ewwel sezzjoni f’ vantaġġ ta’ 5-4 pero ma rnexxilux izzomm il-pass biex Grech ħataf l-okkazzjonijiet u kiseb rebħa konviċenti li tagħtu post fit-tim nazzjonali Malti li ser jipparteċipa fil-kampjonati Ewropej li ser issiru f’pajjizna bejn it-8 u l-14 ta’ Frar.
Jake Castaldi ħareġ rebbieħ fil-kategorija taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tmintax -il sena b’ rebħa kbira ta’ 7-2 fuq Denzel Falzon filwaqt li fil-kategorija ta’ taħt it-tlieta u għoxrin sena ħareġ rebbieh Steve Muscat li għeleb lil Matthias Debono bl-iskor ta’ 8-4.

