Kull min iżur xi fergħa ta’ BNF Bank se jingħata merħba minn impjegati libsin uniformi ġdida u attraenti. Din id-dehra l-ġdida tirrifletti l-identità tal-Bank u tikkumplimenta l-prassi ta’ professjonalità, integrità, effiċjenza u servizz personali li jħaddnu l-impjegati.
L-ilbiesi huma x-xogħol tal-istilista lokali Cessani, u huma magħmula mill-ifjen materjal u tessuti li jaġevolaw il-kumdità u l-prattiċità fl-użu ta’ kuljum. Il-kulur kaħlani kien għażla naturali li jmur mal-kuluri primarji u sekondarji tal-identità tal-Bank waqt li l-istil aħħari jagħti deħra moderna u kontemporanja, li hi wkoll waħda attraenti u armonjuża.
L-istilista għal Cessani, Mary Grace Pisani qalet: “Aħna ħloqna l-uniformi l-ġdida tal-Bank biex tkun addattata għal kull staġjun u moda, waqt li tirrifleti l-viżjoni tal-Bank li jħares lejn il-futur. L-istil, il-kuluri u d-dettal huma addattati kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa u għal kull daqs u età. Dan hu kruċjali għall-impjegati li se jkunu qed jilbsuhom kuljum. Nixtieq nirringrazzja lil BNF Bank talli afdana b’dan il-proġett. Nispera li l-impjegati se jieħdu gost jilbsu l-ħwejjeġ il-ġodda tagħhom daqs kemm aħna ħadna gost noħolquhom.”
Il-Kap tas-Servizzi Korporattivi ta’ BNF Bank Karl Dingli qal: “Żgur qiegħed nesprimi s-sentimenti tal-impjegati meta ngħid li aħna kuntenti ħafna bid-dehra l-ġdida tagħna. L-uniformi tagħtina ċans ieħor li nuru l-impenn tagħna li nagħtu servizz superjuri lill-klijenti personali u tan-negozju, billi nuru dehra konsistenti mingħajr ma’ xxekkilna milli nagħtu l-istess servizz personalizzat u dħuli li aħna magħrufin għalih.”
BNF Bank għandu tnax-il fergħa f’postijiet strateġiċi f’Malta u Għawdex li joffru lill-klijenti individwali u kumpaniji korporattivi firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet finanzjarji.