Il-Kummissjoni għall-Ipjannar approvat xogħol ta’ restawr fuq l-Għassa tal-Pulizija taż-Żejtun. Liema xogħlijiet se jkunu qed isiru fuq il-faċċata tal-istess għassa li nsibuha fi Triq il-Madonna tal-Bon Kunsill, iż-Żejtun.
L-istil tal-arkitettura tal-bini hija neo-klassika, stil li kien jintuża mill-Ingliżi. Dan ir-restawr jinkludi t-tindif tal-faċċata u restawr tal-ġebla fost oħrajn.
L-Awtoritá tal-Ippjanar għamlet garanzija bankarja biex tassigura li x-xogħlijiet ma jagħmlux tibdil f’telephone box li tinsab quddiem il-faċċata tal-binja hekk kif din hija mudell K6 ta’ żmien l-Ingliżi.
Biex ikun żgurat aċċess għal kulħadd, bi ftehim mal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Dizabilitá, r-rampa eżistenti se titneħħa u tiġi sostitwita minn siġġu apposta li jintuża biex persuni b’diżabilitá biex jaċċessaw l-għassa.