Il-Bank of Valletta għadu kif nieda dehra ġdida għall-cards tiegħu, bil-madum tradizzjonali Malti jsib postu fuq dawn il-cards bankarji. Barra mid-disinn il-ġdid, il-BOV Cards issa wkoll se jkollhom orjentazzjoni vertikali minflok dik orizzontali.
Il-klijenti se jkunu qed jirċievu dawn il-cards il-ġodda matul ix-xhur li ġejjin, bl-ewwel card li se toħroġ b’dan id-disinn tkun il-BOV Cashlink Visa.
Fil-bidu, cards ġodda, cards li jkunu waslu biex jiġġeddu u dawk li jridu jinbidlu se jkollhom dan id-disinn. Il-BOV Cards huma kollha contactless u l-BOV Visa debit u credit cards jistgħu jintużaw permezz tal-BOV Pay u l-Apple Pay Wallets.
Il-ħlas bla kuntatt, kemm jekk isir bil-BOV Cards jew bil-BOV Pay jipprovdi esperjenza ta’ xiri aktar sikura u mgħaġġla mill-użu ta’ flus kontanti jew ċekkijiet.