Ftit ġimgħat qabel is-sajf, il-kumpanija Simonds Farsons Cisk plc żvelat dehra ġdida u vibranti għall-birer ewlenin tagħha: Cisk Lager u Cisk Excel.
Il-bottijiet u l-fliexken il-ġodda bdew jidhru fuq l-ixkafef tas-supermarkets u fil-bars u l-gabbani popolari madwar Malta u Għawdex.
Cisk, il-marka ewlenija stabbilita tal-Birrerija Farsons, twieldet fl-1929 u ma damitx ma ħadet rwol importanti fl-industrija tax-xorb lokali.
Din it-tnedija hija l-ewwel fażi ta’ proġett ferm ikbar li issa ilu jinħema ftit taż-żmien mhux ħażin. Dan il-proġett tfassal bi proċess dettaljat u involva r-riċerka fis-suq, tif ukoll -tfassil ta’ strateġija u ħsieb kreattiv, u sar f’kollaborazzjoni mal-aġenzija bluemarlin li hi bbażata l-Ingilterra.