Il-kunsill lokali ta’ Ħal Safi permezz ta’ fondi mid-Development Planning Fund tal-Awtorità tal-Ippjanar, fondi mill-Malta Industrial Parks u Malta Enterprise, kif ukoll fondi tal-kunsill lokali stess, għamel riġenerazzjoni tal-bandli tal-lokal sabiex dawn ikunu aktar moderni u siguri għat-tfal tal-lokal u tal-madwar.Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li huwa essenzjali li nieħdu ħsieb il-lokalitajiet tagħna u faħħar il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi li jaħdem bi sħiħ għal ġid tal-lokalità. Hu tkellem dwar lir-rwol importanti u l-ħidma tal-kunsilli lokali fi ħdan il-komunità, speċjalment f’din is-sena li l-kunsilli qegħdin jiċċelebraw il-25 sena mill-waqfa tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u l-Komunitajiet Silvio Parnis qal li hawn ħafna kunsilli madwar il-gżejjer Maltin li jaħdmu bis-sħiħ biex ipoġġu l-lokalità fuq quddiem u kemm jista’ jkun dejjem itejbu l-lokalità tagħhom.
Dawn il-bandli jikkonsistu wkoll minn outdoor gym, kif ukoll jaħsbu għal tfal bl-awtiżmu u għat-tfal b’diżabbiltà.