Madwar Malta u Għawdex hemm numru ta’ sinjali li fuqhom hemm is-sit tal-Prim Ministru Joseph Muscat – josephmuscat.com, jekk tegħlbek il-kurżita u tittana tidħol fis-sit se tinduna b’dehra kompletament ġdida. Dan għaliex għall-kampanja elettorali tal-2017 is-sit tal-Prim Ministru se jkun qed iżommok aġġornat, fost oħrajn, bil-kalendarju tal-avvenimenti. Eżempju llum tista’ ssib dettalji dwar il-mass rally li se jżir fiż-Żurrieq:
Is-sit huwa wieħed interrattiv u fih jiġbor informazzjoni bħal dettalji tal-proġetti li wettaq Gvern Laburista u dwar il-viżjoni tal-Prim Ministru li se tkun qed tibni fuq ‘L-Aqwa żmien ta’ pajjiżna’.
Wieħed jista’ jsib ukoll ir-ritratti tal-Prim Ministru li jinkludu dawk tal-aħħar avvenimenti kif ukoll filmati.
Is-sit tal-Prim Ministru tista’ tidħol fih billi tagħfas fuq dan il-link.