Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ngħata dehra ġdida, f’eżerċizzju ta’ tiġdidli qed jagħmel biex il-pubbliku jkollu aċċess aħjar għal dan id-Dipartiment, li fost l-oħrajn se jkollu wkoll sit elettroniku ġdid biex jaġġorna lill-pubbliku bil-proġetti li jkunu saru u dawk li jkunu għaddejjin.
Il-Ministru Ian Borg qal li l-immodernizzar li qed isir f’dan id-Dipartiment għandu l-għan li jgħarraf lill-pubbliku bix-xogħlijiet li jkunu qed isiru madwar il-pajjiż, kemm dawk komunitarji u anki nazzjonali.
Fl-istess attività, ġew mogħtija ċ-ċertifikati ta’ ħames korsijiet organizzati mill-istess Dipartiment u tnedew tnejn ġodda.
Dawn jikkonsistu f’taħriġ lill-impjegati dwar l-użu taċ-cherry pickers u l-harnesses, b’taħlita ta’ prattika u teorija.
F’dawn il-korsijiet, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi nvesta madwar sebat elef ewro.