Wara l-midalja tal-fidda mirbuħa s-sibt, il-qaddief lokali tal-klabb tar-regatta tal-Birgu Clyde Cutajar rebaħ tliet midalji oħra waqt il-British Indoor Rowing Championships f’Birmingħam.
Il-Ħadd wara nofs-in nhar, Cutajar rebaħ midalja tad-deheb u tnejn oħra tal-fidda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-midalja tad-deheb waslet fil-1 minute super sprint.
Min-naħa l-oħra iż-żewġ midalji tal-fidda mirbuħa il-Ħadd kienu fil-250m u fil-100m.
Dawn jiżdiedu mal-fidda mirbuħa mill-istess Clyde Cutajar il-bieraħ fil-500m Master.

