Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius feraħ lil Tiziana Carannante li rebħet midalja tad-deheb storika waqt il-Kampjonati tat-Ten Pin Bowling tal-Commonwealth.
Sue Abela rebħet l-midalja tal-bronz fl-istess kampjonati. Il-midalja tal-fidda intrebħet minn Whiting tal-Awstralja.
Il-Kampjonati tat-Ten Pin Bowling tal-Commonwealth isiru kull sentejn u huma miftuha ghal dawk il-pajjiżi kollha li jiffurmaw parti mill-Commonwealth. Din l-edizzjoni saret f’Johannesburg, fl-Afrika t’isfel.
Normalment dawn il-kampjonati huma dominati minn pajjiżi kbar bhal Awstralja, New Zealand, l-Ingilterra, l-Indja, l-Kanada jew il-Malasja. Madanakollu din is-sena kellha tkun Malta li tirbaħ il-midalja tad-deheb permezz ta’ Carannante. Fil-passat Sue Abela u Joanna Attard kienu rebħu midalji tal-bronz filwaqt li Neil Sullivan kien rebaħ midalja tal-fidda fl-istess kampjonat.
xellug-lemin: Whiting, Carannante u Abela