Malta rebħet l-ewwel midalja tad-deheb fil-Maratona tal-Kampjonat tal-Balkani f’Belgrad.
Wara li ħmistax ilu diġa’ kiseb midalja tal-fidda għal Malta fin-Nofs Maratona, Luke Micallef din id-darba saħansitra kiseb l-ewwel pożizzjoni fil-Maratona meta wara sfida intensa speċjalment fl-aħħar kilometri bi tmiem tat-tiġrija jkun f’telgħa iebsa u fi sħana qawwija jidħol l-ewwel f’2:26:38, quddiem Selim Seven (2:27:04).
Il-Maratona ta’ Belgrad intrebħet mill-Kenjan Gilbert Chumba (2:11:48) ahead of Gilbert Cheruyot (02:12:20). Micallef kien l-ewwel fost il-pajjiżi li kienu qed jipparteċipaw fil-Kampjonat tal-Balkani, biex b’hekk kiseb deheb prestiġjuż għal Malta, meta għeleb konkorrenza b’saħħitha ta’ atleti mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.