Malta rebħet il-midalja tad-deheb fil-Basketball tan-nisa meta f’logħba ferm drammatika u mimlija tensjoni, il-Maltin għelbu lil Lussemburgu 52-50.
Il-Maltin rebħu l-ewwel sessjoni 12-7 imma kisbu erba’ punti biss kontra l-20 ta’ l-avversarji fit-tieni sessjoni biex sa nofs il-loghba l-iskor kien 27-16 favur Lussemburgu.
Il-Maltin irkupraw tliet punti meta rebħu t-tielet sessjoni 16-13 biex bdew l-aħħar sessjoni tmien punti minn taht. Bil-mod il-mod huma bdew jersqu vicin l-avversarji sakemm marru għall-ewwel darba fil-vantagg 45-42 tliet minuti mit-tmiem. Fl-aħħar minuta l-Maltin kabbru l-vantaġġ għal 5 punti – 52-47 – bl-avversarji jagħmlu 3-pointer seba’ sekondi mit-tmiem għal skor finali ta’ 52-50 u r-rebħ tal-midalja tad-deheb għat-team Malti.
Din kienet it-tieni midalja tad-deheb mirbuħa minn Malta wara li fl-ewwel jum, nhar it-Tlieta, Charlotte Wingfield rebħet it-tiġrija tal-100 metru fi 11.62 sekondi.