Bidu pożittiv għal Malta waqt il-European Weightlifting Union Cup li qed isir f’Ljubljana, Slovenja hekk kif Kim Camilleri Lagana rebħet il-kategorija U15. Hija kellha personal best ta’ 59kg fl-Snatch u rebħet il-midalja tad-deheb b’refa’ ta’ 76kg fil-Clean and Jerk għal punteġġ totali ta’ 228 punt. Minkejja li ma kkompetietx fil-kategorija U17, Camilleri Lagana kellha l-ogħla punteġġ mil-15-il atleta u għaxar punti aktar mir-rebbieħa rumena.
Fl-istess kategorija kien hemm Aaliyah Gatt li kellha total ta’ 126kg u punteġġ ta’ 185 punt.
Nathan Mifsud ħa sehem ukoll fil-kategoirja U15 u kellu refa’ ta’ 128kg u punteġġ ta’ 239 punt.
Fil-kategorija U17, Kaya Curmi Inguanez bdiet b’50kg fl-Snatch u 64kg Clean and Jerk b’total ta’ 186 punt.
Għada jidħlu fl-azzjoni Rylee Borg fil-kategorija U17 flimkien ma’ Tenishia Thornton, Mariah Grima u Rheanna Briffa fil-kategorija U20.