Il-Parlament Ġermaniż għadda liġi ġdida li tiddefinixxi stupru. Liġi li tikkjarifika li “le” tfisser “le”, anke jekk il-vittma ma ġġilditx lura. Kritiċi jemmnu li l-Ġermanja kienet ilha li waqgħet lura ħdejn pajjiżi oħra żviluppati fejn għandhom x’jaqsmu liġijiet dwar l-istupru.
Il-kwistjoni reġgħet qamet wara attakki fuq nisa li saru f’ Cologne lejliet l-ewwel tas-sena. Il-vot għadda b’maġġoranza kbira fil-kamra tad-deputati tal-Parlament, Bundestag.
Il-liġi l-ġdida tikklasifika t-tbagħbis bħala att kriminali u tagħmilha iżjed faċli għall-prosekuzzjoni ta’ attakki mwettqa minn gruppi kbar. Il-liġi tagħmilha wkoll aktar faċli biex jiddeportaw immigranti li jwettqu reat sesswali.