Il-President tal-Kunsilli Lokali tar-Reġjun Nofisnhar, Jesmond Aquilina, ippreżenta A.E.D. – Defibrillator lid-Dar tal-Providenza. Dan jittrasmetti doża terapewtika ta’ kurrent elettriku lill-qalb f’kundizzjonijiet serji li jaffettwaw ir-ritmu tagħha.
“Il-Kunsilli lokali wkoll għandhom sehem kbir x’jagħtu biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità li jgħixu fil-lokalitajiet tagħhom.” Dan qalu Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza meta kien mistieden jindirizza l-laqgħa Annwali tal-Kunsilli Lokali tar-Reġjun Nofsinhar, dwar il-ħidma tad-Dar.
Ir-Reġjun Nofsinhar jinkorpora l-Kunsilli Lokali ta’ Birżebbuġa, il-Gudja, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Ħal Qormi, Ħaz-Zebbuġ, il-Ħamrun, il-Qrendi, l-Imqabba, Santa Luċija, is-Siġġiewi u ż-Żurrieq.