Tkompli issir ġustizzja ma’ dawk li sofrew inġustizzji fuq il-post tax-xogħol tagħhom fl-imgħoddi, din id-darba ma’ dawk li offrew is-servizzi tagħhom fil-Pulizija.
Dalgħodu f’ċerimonja qasira li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, għaxar Pulizija ircevew il-ħatra l-ġdida tagħhom wara li ġew mogħtija l-promozzjonijiet mistħoqqa lilhom.
Il-promozzjonijiet ser ikunu b’effett minn dati li jmorru lura skont il-każi rispettivi. Ivarjaw minn surġenti li gew promossi għar-rank ta’ Surġenti Maġġuri tat-Tieni jew l-ewwel Klassi u kunstistabbli li gew promossi għar-rank ta’ surġent.
Għoxrin persuna oħra li għadhom qegħdin iservu jew servew fil-korp, hu mistenni li jirċievu benefiċċji oħrajn li jinkludu kumpens finanzjaru jew pensjoni aġġustata.
Dan ifisser li b’kollox 30 Pulizija bdew jirċievu rimedji għal inġustizzji li sofrew fi snin preċedenti.
Iċ-ċerimonja kienet ippreseduta mill-Ministru ghall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela u l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Laurence Cutajar.