“Dan il-Gvern qed jieħu deċiżjonijiet bilanċjati u li jpoġġu l-ewwel is-saħħa u l-għixien tal-familji Maltin u Għawdxin.”
Hekk stqarr il-Prim Ministru Robert Abela waqt intervista fuq ONE Radio l-Ħadd filgħodu.
Tixhed dan l-aħbar li pajjiżna diġa huwa allokat 330,000 doża ladarba joħroġ il-vaċċin. Spjega kif dan huwa frott is-somma ta’ miljun ewro allokata mill-Gvern sabiex ġaladarba jkun hemm vaċċin ġdid kontra l-Coronavirus fis-suq, pajjiżna jkun minn tal-ewwel li jkollu aċċess għalih.
Stqarr li dan il-gvern seta’ jalloka din is-somma minħabba l-bilanċ milħuq bejn is-saħħa u l-iżvilupp ekonomiku li jibqa’ għaddej b’mod b’saħħtu.
“Ħdimna b’’approach’ li huwa diffterenti, ħdimna b’’approach’ li huwa kalibrat b’miżuri li huma ‘targeted’, tempestivi, numri fl-istatistika li qed ikollna llum jidher illi l-istrateġija li użajna issa ħalliet il-frott meħtieġ.”
Innota l-investiment li sar sabiex jiżdied l-ammont ta’ swabbing. Qal kif pajjiżna sa mill-bidu ħa d-deċiżjoni li flok innaqsu r-rata ta’ testijiet sabiex in-numri ma jidhrux għoljin, żidna n-numru ta’ swabbing sabiex nidentifikaw il-pożittivi. “Illum iċ-ċifri qed juru li din l-istrateġija tatna raġun għal mod kif imxejna” stqarr il-Prim Ministru.
Qal li s-serjeta, dixxiplina u trasparenza huma prinċipji li qed jintużaw fil-politika ta’ dan il-Gvern f’kull settur.
“ Hija dik li trid tibqa’ tigwidana fil-ġimgħat li ġejjin, l-istess stil ta’ politika illi inti imbgħad tapplikaħ għal kull sitwazzjoni li jkollok. Jekk kellna r-Rule of Law, użajna dak l-istil ta’ serjetá, dixxiplina, trasparenza man-nies. F’pandemija użajna l-istess stil, l-istess prinċipju. U dawk huma l-prinċipji li jridu jibqgħu imexxuna l-quddiem fix-xhur li ġejjin.” (22 secs)
Stqarr kif meta kellna sitwazzjoni bla preċedent fejn trid issib bilanċ bejn l-ekonomija u s-saħħa, għall- ħames ġimgħa konsekuttiva f’pajjiżna l-qgħad kompla jonqos. Spjega kif din tfisser li l-għajnuna li ta l-Gvern anke fl-iskema tal-pagi, ħadmet sabiex ma jintilfux impjiegi u ġew mgħejjuna n-negozji.
Il-Prim Ministru kompla jgħid kif din il-ġimgħa l-Gvern kompla jgħin lin-negozji b’rifużjoni fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u stqarr kif fil-ġranet li ġejjin ser tkun imħabbra skema ta’ għajnuna fuq il-kirjiet tan-negozji.
“Aktar tard fil-ġranet li ġejjin ser inħabbru wkoll l-iskema li konna nedejna nfakkar meta nedejna t-tielet pakkett finanzjarju b’għajnuna fuq il-kirjiet tan-negozji. Hemmhekk ser ikollna ‘capping’ tas-somma ta’ 2,500 ewro għal kull negozju li jfisser illi ħa nieħdu negozju partikolari li għandu ħanut wieħed, qed nitkellmu fuq ħanut wieħed, li l-benefiċċju li ser ikun qed jieħu hemmhekk huwa ta’ erbat’ elef ewro li hija s-somma sostanzjali li nemmen li ser tkun importanti ħafna f’dan il-mument partikolari.
Il-Prim Ministru Robert Abela qal kif dan kollu juri biċ-ċar kemm dan il-Gvern jaf fejn irid imur b’għaqal u serjetá fit-tmexxija.