Il-Gvern Franċiż irreveda d-deċiżjoni li kien ħa meta t-Tlieta qal li persuni li għandhom bejn il-65 u l-74 sena, u li għandhom kundizzjonijiet ta’ saħħa, jistgħu jirċievu l-vaċċin tal-AstraZeneca.
Tul Frar, il-Gvern tal-pajjiż kien approva dan il-vaċċin biex jingħata biss lil persuni li għandhom anqas minn 65 sena, kif inhi l-prassi f’ħafna stati Membri tal-Unjoni Ewropea.