Għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija seħħet splużjoni f’Birżebbuġa.
Jirriżulta li sploda ċilindru tal-gass.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-inċident seħħ fi Triq Dun Ġorġ Zammit, kantuniera ma’ Triq il-Barrieri.
Jingħad li s-sid tar-residenza ra xi fjammi maċ-ċilindru u f’ħakka t’għajn ħarġu ‘l barra minnufih.
Fortunament kemm sid il-post u anki l-kelb tiegħu ma ġarrbu l-ebda ġrieħi.
Membri mill-Korp tal-Pulizija, mill-Protezzjoni Ċivili, paramediċi u ambulanza kienu fuq il-post u taw l-għajnuna meħtieġa.