“Deċiżjoni essenzjali li se tkompli issaħħaħ ir-rappreżentazjoni taż-żgħażagħ fil-Governanza Lokali.”
Hekk stqarr il-membru tal-bord tal-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ, Rares Voicu dwar l-abbozz ta’ liġi li jara żgħażagħ ta’ sitta u sbatax-il sena jkunu jistgħu jokkupaw l-irwol ta’ Sindku jew Viċi Sindku, jekk jiksbu l-fiduċja tal-elettorat fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
B’dawn l-emendi, żgħażagħ ta’ taħt it-tmintax-il sena, mhux biss se jkunu jistgħu jikkontestaw u jiġu eletti fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali, iżda jekk jikbsu l-akbar ammont ta’ voti, se jkunu jistgħu jassumu r-rwol ta’ Sindku, u bit-tieni l-akbar ammont bħala Viċi Sindku.
Waqt li kien qiegħed jattendi konferenza imtella’ mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ li serva bħala pilastru b’saħħtu fit-trawwim ta’ kultura ta’ attiviżimu fost iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, Rares Voicu tenna s-sodisfazzjon tiegħu għal din id-deċiżjoni proattiva.
F’kumment ma’ dan l-istazzjon, Voicu spega li għalhekk Malta hi l-ewwel pajjiż Ewropew fejn persuna ta’ sittax-il sena, tista’ tivvota, toħroġ għall-elezzjoni lokali, u issa għall-ewwel darba wkoll se tkun tista’ tiġi eletta Sindku, kemm-il darba ġġib l-akbar ammont ta’ voti.
“At the European Youth Forum we have been asking for lowering the voting age to 16 years old in European States since 2006, so this is a decision that it is dear to our hearts, and we are very happy to see that in Malta not only can young people vote, but they can also run for elections so we think that it is a great advancement in this regard.”
Hawn Voicu spjega li din id-deċiżjoni li permezz tagħha tiġi amplifikata r-rappreżentanza politika taż-żgħażagħ kemm fil-livell lokali kif ukoll nazzjonali mistennija tkun ta’ eżempju pożittiv għal pajjiżi oħra, partikolarment fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
Tal-istess fehma kienet il-President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ Mariah Zammit li estendiet il-gratitudni tagħha għall-appoġġ f’din l-inizjattiva.
B’referenza għal din il-liġi hija sostniet li Malta qed tkompli tirrifletti l-impenn li tkompli trawwem il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ favur il-futur ta’ pajjiżna.
“Il-KNŻ jilqa’ dan l-abbożż b’idejh miftuħin. Ħa nkunu l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li ħa nagħmlu dna il-pass, u l-Ewropa ’l hemm mixja. Mixja lejn Vot 16, mixja li f’kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea hemm bżonn li jkun hemm Vot 16, u din hija next level taż-żgħażagħ in decision making posions u li jkunu jistgħu jikkreaw il-preżent u l-futur tal-pajjiż.”
Il-Membru tal-Bord tal-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ spjega wkoll li bħalissa fil-forum ewropew taż-żgħażagħ għaddejja kampanja biex pajjiżi ewropew inaqqsu l-età tal-votazzjoni għall-16, xi ħaġa li pajjiżna diġà għamila fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali fl-2019.
“In the European Forum, we have a campaign called Be Seen be Heard, and this is a campaign in which we are asking European Governments to lower the voting age to 16 years old to be able to open their participation for more young people. For us it’s an essential decision and we urge governments to follow this step as well.”
AQRA AKTAR: