Li l-uffiċjali tad-Dwana jikkonfiskaw flus mhux dikjarati li jaqbżu l-għaxart elef ewro minn vjaġġaturi ġiet iddikjarata kontra l-liġi.
Il-Qorti Kostituzzjonali qalet l-Erbgħa li jekk uffiċjali tad-Dwana jieħdu dawn il-flus mingħajr spjegazzjoni jew ċans biex il-vjaġġatur juri li dawn ġew minn sors leġittimu, dawn jiksru drittijiet fundamentali tal-propjetà.
Din id-deċiżjoni ttieħdet waqt is-smigħ ta’ appell mill-Avukat Ġenerali dwar il-każ ta’ persuna li kien inqabad b’aktar minn mitejn elf ewro kontanti fuqu. Il-każ imur lura għall-2019.