Għadda deċenju sħiħ minn meta bdiet il-gwerra fis-Sirja.
Waħda mill-iktar stejjer u kunflitti vjolenti u mdemmija tas-seklu wieħed u għoxrin.
Mijiet ta’ eluf ta’ persuni tilfu ħajjithom matul dawn l-għaxar snin filwaqt li għexieren ta’ eluf għebu.
Ir-Russja, l-Iran, l-Istati Uniti u l-alleati tagħha u t-Turkija lkoll jappoġġjaw gruppi differenti li lkoll jiġġieldu bis-sħiħ sabiex jakkistaw it-territorju tagħhom.
Din il-gwerra li ħakmet is-Sirja sfortunatament jidher li m’hemmx tmiem għaliha fil-futur qrib.
Minkejja li kien hemm waqfien mill-isparar, il-pajjiż għadu taħt moniteraġġ min-Nazzjonijiet Magħquda b’ħames qawwiet militari barranin jinsabu lesti sabiex jerġgħu jintervjenu.
Illum il-ġurnata s-sitwazzjoni għadha mimlija tensjoni.
Sa Diċembru tal-2019 u Frar tas-sena li għaddiet seħħew attakki vjolenti fil-provinċja ta’ Idlib li rat mal-miljun lokal kostretti li jevakwaw minn djarhom.
Skont l-Osservatorju għad-Drittijiet Umani fis-Sirja l-Gvern tal-pajjiż irnexxielu jieħu f’idejh aktar minn 70% tal-pajjiż,
Bosta li spiċċaw vittmi tas-sitwazzjoni kurrenti u qed jgħixu f’kampijiet u huma dipendenti fuq l-għajnuna umanitarja.