Il-Ġimgħa 19 ta’ April se jkun qed jibda programm ġdid fuq ONE, DEAN JISTAQSI.
Għall-ewwel programm, immexxi minn Dean Hili, se jiġu diskussa żewġ namriet differenti li jqajmu diskussjoni bejn min u favur jew min hu kontra, il-kaċċa u l-insib.
Fil-fatt il-President tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, l-FKNK, Lucas Micallef, u l-Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Mark Sultana, se jkunu fil-panel tad-diskussjoni.
Dan huwa l-ewwel programm minn sensiela li se jwassal lit-telespettaturi ta’ ONE sal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fit-tmienja ta’ Ġunju li ġej.
Ma hemmx dubju li s-suġġett tal-kaċċa u l-insib jibqa’ kontroversjali u mqanqal mhux biss fl-Ewropa iżda anki fil-pjazez u l-kampanja Maltija.
Dan u aktar fuq DEAN JISTAQSI, il-Ġimgħa fid-8:40pm, fuq ONE.