Se jkun Mark Laurence Zammit li f’Xarabank tal-lejla se jintervista lill-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Mario De Marco.
Intervista li għall-istrateġisti tal-Partit Nazzjonalista qed tkun meqjusa bħala waħda kruċjali wara d-diżastru li għamel f’Dissett meta ma weġibx il-mistoqsijiet tal-Kap tal-Aħbarijiet tal-PBS.
Minflok deher arroganti u mifxul, tant li għal ħafna mar hemm biex iħarbat il-programm. Kif żvelajna lbieraħ l-istrateġisti nazzjonalisti kienu ħerqana għall-ewwel opportunita biex il-Viċi-Kap jinġabar xi ftit. Opportunita li ‘kumbinazzjoni’ ma damitx ma waslet. De Marco mistenni jitkellem f’intervista rrekordjata ma’ Zammit. Intervista li forsi tnissel xi ftit tat-tbissima fuq fomm il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-PN, Matthew Bonnet, li nhar l-Erbgħa kien qisu ras maqtugħa.