Il-konfużjoni tal-koalizzjoni bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku tirriżulta wkoll mill-fatt li m’hemmx ftehim ċar dwar min ikun Viċi-Prim Ministru jekk il-Partit Nazzjonalista jirbaħ il-Gvern.
Kien għalhekk li dwar min kieku jkun f’din il-kariga importanti, li llum għandu Louis Grech, staqsejna lil Mario De Marco.
Iżda, De Marco, li b’mod naturali ħafna kienu jassumu li jkun hu, qalilna li wieħed irid jara.
Il-kandidati tal-Partit Demokratiku se jkunu fuq l-istess lista tal-Partit Nazzjonalista, iżda jekk mill-Gvern jivvotawx flimkien mhux ċar. Dan kien evidenti fil-konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbar li saru ħaġa waħda.
Fid-dawl tal-importanza tagħha din il-mistoqsija saret iktar minn darba. Iżda, bħal m’għadna ma nafux min se jkun Viċi-Prim Ministru lanqas dwar dan ma kien hemm tweġiba.
Fuq kollox kellha dikjarazzjoni ċara Marlene Farrugia nnifisha.