Id-deputat Nazzjonalista, Mario De Marco, kellu jammetti fil-Parlament li ilu żmien fdat mill-wieħed allegati qattiela ta’ Daphne Caruana Galizia. Għal snin twal Alfred Degiorgio kien imur l-uffiċċju ta’ De Marco biex Mario De Marco jidhirlu f’kawżi ċivili fuq appartamenti f’San Pawl il-Baħar.
Kien id-Deputat Glenn Bedingfield li żvela dan fil-parlament illejla meta fakkar kif għal snin twal il-familja De Marco kienet fil-mira ta’ Daphne Caruana Galizia.
Bedingfield staqsa fuq relazzjonijiet oħra bejn il-familja De Marco u kriminali b’De Marco jipprova jiddefendi ruħu filwaqt li kien kostrett jammetti l-fatti.