“Jekk hawn xi ħadd li jaħseb, hu min hu , li jitfa’ xi dubju fuq il-lealtà tiegħi , se jarralu, jekk hawn min jaħseb li ser jaqtali qalbi, ngħidlu insiha.”
Kien dan kliem Mario de Marco fil-każin tal-Imqabba tal-Partit Nazzjonalista, fejn għazel diskors li fih iddefenda lid-deputati tal-PN li jinsabu taħt kritika qawwija. Dan wara li kien attakkat minn Daphne Caruana Galizia, tant li kellu jikteb spjegazzjoni fuq Facebook. Attakk li ma kienx ikkundannat minn Simon Busuttil, tant li meta mistoqsi fuq kitbet Carauna Galizia, qal li m’għandu ebda reazzjoni
Fost oħrajn, de Marco kien kostrett jiddefendi lil Jason Azzopardi, lil Tonio Fenech u Beppe Fenech Adami. Anke jekk fl-aħjar jiem Simon Busuttil ma ddefendiħx ghax ma riedx jurta lil Daphne Caruana Galizia, Demarco qal li huwa l-Partit Laburista li hu maqsum u temm id diskors tieghu bil-frażi “tagħna rebħa terġa’ tkun”.