Meta kienet qed tressaq it-tweġibiet tagħha għal-libell li fetaħ kontriha l-Ministru Chris Cardona, Daphne Caruana Galizia saħqet li hija għaddiet “fair comment”.
Għall-blogger Nazzjonalista, l-allegazzjonijiet serji li s’issa qatt ma ppruvat dwar Chris Cardona, dawn kienu kummenti li kulħadd seta’ jagħmel.
Il-Ministru Cardona kien fetaħ diversi libelli kontra Caruana Galizia wara li fi kliemu l-blogger Nazzjonalista tippubblika gideb bla bażi, intiżi biss biex ikissru lin-nies bi stejjer ivvintati fosthom fuq mard, mewt, tfal u persuni mejtin.
Min-naħa tiegħu l-Partit Nazzjonalista baqa’ jistrieħ fuq il-kitbiet ta’ Daphne Caruana Galizia. Bil-ġimgħa l-oħra, il-gazzetta ‘In-Nazzjon’ instabet ħatja ta’ malafama fuq l-eks Ministru Laburista Leo Brincat. Dan wara li l-gazzetta Nazzjonalista straħet fuq allegazzjonijiet li kitbet Caruana Galizia.