L-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali DBRS Morningstar ikkonfermat mill-ġdid ir-rating ta’ A (high) stabbli għal pajjiżna. Dan huwa l-ħdax-il darba konsekuttiva li din l-aġenzija internazzjonali tat dan iċ-ċertifikat b’saħħtu lill-ekonomija Maltija.
L-esperti indipendenti ta’ din l-aġenzija internazzjoni nnotaw l-irkupru ekonomiku wara l-pandemija kien b’saħħtu u aqwa minn dak irreġistrat fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Hawnhekk ġie nnotat kif l-ekonomija Maltija kibret bi tmintax fil-mija bejn l-elfejn u dsatax u s-sena l-oħra.
“Real GDP increased by 18.0% between 2019 and 2023, compared to an increase of just 3.3% for the Euro area”
Dan ifisser li pajjiżna kiber ekonomikament bi kważi sitt darbiet aktar mill-medja taż-Żona Ewro.
Dan f’perjodu fejn Malta bħal kumplament tad-dinja ffaċċjat pandemija globali u wara l-Gwerra fl-Ukrajna u dik fil-Lvant Nofsani.
L-esperti ta’ DBRS innotaw li dan it-tkabbir b’saħħtu tal-ekonomija Maltija ġie mis-servizzi professjonali u setturi diġitali fosthom dak tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Hawnhekk tennew dwar l-importanza tas-sapport fiskali li ta l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, b’dan għen ħafna l-poter tal-akkwist tal-familji.
Intqal li l-ekonomija Maltija se tibqa’ għaddejja b’saħħitha, hekk kif din is-sena mistennija tikber b’4.4%.
L-esperti indipendenti tad-DBRS Morningstar irrimarkaw fuq id-deċiżjoni tal-Gvern li jissussidja u jżomm stabbli l-prezzijiet tal-enerġija u l-fuels, b’dawn jemmnu li d-defiċit ta’ pajjiżna se jkompli jitnaqqas.
Intqal ukoll li l-piż tad-dejn nazzjonali huwa ferm aħjar meta mqabbel ma’ dak fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej. Hawnhekk DBRS tenna kif is-sitwazzjoni ta’ pajjiżna hi sostenibbli.
“Debt level, however, still compares favourably with levels in most other EU countries and continues to provide the government with valuable space to support the economy if under stress.”
L-esperti internazzjonali li ma jħarsu lejn wiċċ ħadd jemmnu li l-Prim Ministru Robert Abela hu kommess li jkompli jwettaq aktar riformi, f’dak li għandu x’jaqsam mal-istituzzjonijiet tal-pajjiż u tal-governanza.
“Policy continuity is high and Morningstar DBRS expects Prime Minister Robert Abela (Labour Party) to remain committed to improving the country’s institutional and governance framework during the current legislature.”
AQRA AKTAR: