Il-Grupp DB iddikjara illi ser jerġgħu japplikaw mill-ġdid għall-permess tal-proġett tas-City Centre f’Pembroke.
Fi stqarrija l-grupp qal l-permess ġie revokat għal raġunijiet ta’ kunflitt t’interess minħabba membru wieħed tal-Bord li kien qed jiddeċiedi dwar il-każ.
Il-Grupp DB għamilha ċara li l-proġett innifsu m’għandux x’jaqsam fil-kwistjoni tal-kunflitt t’interess li seħħ fil-Bord u li l-Qorti ma daħlitx fil-mertu tal-permess innifsu u bl-ebda mod ma kkundanna l-pjani tal-Grupp DB.
Fl-istqarrija d-DB komplew jispjegaw li ser jerġgħu japplikaw għall-permess sħiħ b’alterazzjonijiet ġodda fil-pjanti.
Żiedu jgħidu li mill-bidu tal-proġett id-DB Group mxew mal-liġijiet li jikkonċernaw il-proġett u l-proċeduri ta’ kull istituzzjoni involuta.