Il-Partit Nazzjonalista qed jibqa’ jdur minn pożizzjoni għall-oħra dwar il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment.
L-aħħar pożizzjoni hi dik li l-Partit Nazzjonalista issa m’għandux pożizzjoni, anke jekk qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali wiegħed li se jżomm il-programm.
Kien il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Agius, li ma’ The Malta Independent qal li l-Partit Nazzjonalista m’għandux pożizzjoni.
Dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ jqis li jbiddel il-pożizzjoni tiegħu għal darb oħra.
Ftit xhur ilu l-Partit Nazzjonalista qal li se jżomm il-programm. Fil-kampanja elettorali li għaddiet kien Simon Busuttil stess li qal li se jżommu.
Ara: https://www.youtube.com/watch?v=lvwcXeQQ5xA
Simon Busuttil kien wiegħed li jżommha wara li kien saħansitra qal li jirtira ċ-ċittadinanza ta’ dawk li jinvestu fil-programm. Ara: https://www.youtube.com/watch?v=2fMh9yJKKkY
Dawn id-dikjarazzjonijiet kunfliġġenti fuq programm li qed ifisser investiment kbir għal Malta saru fl-istess żmien li esponenti tal-Partit Nazzjonalista kienu qed iħaddmu l-programm bħala aġenti tiegħu jew jitkellmu f’isem min ried iħaddmu.