Għall-ħames sena konsekuttiva ħa terġa’ tiġi organizzata d-dawra bit-trakkijiet ma’ Malta f`isem Mark Gauci (it-Telegraf) b`riżq Puttinu Cares.
Din hija attività organizzata mid-dilettanti tat-trakkijiet għad-dilettanti tat-trakkijiet kollha fejn ta’ kull sena jorganizzaw din l-attività b`risq Puttinu Cares kif ukoll biex ifakkru l-memorja ta’ persuna li kien xufier bħalhom Mark Gauci.
Mark tilef ħajtu b’ inċident fatali.
L-attività se ssir għada 24 ta’ Novembru 2018 fis-13:30. It-Tluq se jsir minn fejn il-Kappella ta’ Selmun.