Is-siġar li jinsabu fi Triq ir-Rabat li tagħti għat-telgħa tas-Saqqajja, mhux ser jitneħħew.Dan huwa l-messaġġ miktub fuq diversi kartelluni li tpoġġew tul it-triq tar-Rabat.
Din hija parti mill-kampanja li qed tagħmel Infrastructure Malta biex tiċċara informazzjoni skorretta li qiegħda tiċċirkola fuq il-midja soċjali.
Il-proġett Central Link huwa skjett fil-pjanijiet tiegħu u jiċħad kull spekulazzjoni li tgħid li dawn is-siġar tul din it-triq ser jitneħħew.