“Dawn l-affarijiet jieħdu ż-żmien.” Hekk wieġeb il-Partit Nazzjonalista għal aktar mistoqsijiet mill-ġurnalisti, waqt li qed ikompli jaħbi l-kontijiet finanzjarji tiegħu u r-rapporti għad-donazzjonijiet.
Dan waqt konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali, fejn fiha din il-kamra tal-aħbarijiet kompliet tistaqsi dwar in-nuqqas tal-Partit Nazzjonalista li jimxi mal-obbligi finanzjarji tiegħu.
Staqsejna proprju dwar dan lill-kandidata tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Louise Anne Pulis. Għall-kuntrarju ta’ dak li qal il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, issa Pulis qed tgħid li l-PN għandu awditur.
Ġurnalist – “Tista’ tgħidli, iva jew le, jekk bħalissa l-Partit Nazzjonalista għandux awditur biex jiffirmalu l-kontijiet finanzjarji tiegħu?”
Louise Anne Pulis – “Eeem, awditur għandu.”
Ġurnalist – “Mela x’inhi l-problema biex jiġu ppubblikati jekk diġà għandu awditur il-Partit Nazzjonalista?”
Louise Anne Pulis – “Dawn huma affarijiet li jieħdu ż-żmien.”
Staqsejna wkoll min hu dan l-awditur. Madankollu bqajna bla risposta.
Ġurnalist – “Min hu l-awditur li għedtu li għandkom, tistgħu tgħiduli min hu?”
Louise Anne Pulis – “Il-Kap kien diġà ċar.”
Evidentement skomda, Pulis ċanfret ukoll lill-ġurnalist u qalet li l-konferenza ma kinitx tittratta l-kontijiet finanzjarji tal-Partit Nazzjonalista.
“Nerġa’ ngħidlek din il-press conference m’għandha x’taqsam xejn mal-audits tal-Partit.”
Louise Anne Pulis – kandidata tal-PN għal MPE
Din l-iskumdità dehret ukoll f’wiċċ Mark Anthony Sammut, li meta komplejna nistaqsu flimkien ma’ Pulis ma kellu l-ebda għażla ħlief li jlebbet ’il barra mill-kamra tal-konferenzi.
SOT 4
Ġurnalist: “Jekk qed tgħidu li għandkom awditur, Onorevoli Sammut, jekk qed tgħidu li għandkom awditur, jiġifieri dan l-awditur mhux qed jagħmel xogħlu biex ilu ma jippubblikalkom u jiffirmalkom l-accounts għal tliet snin sħaħ? Għandkom awditur li ma jagħmilx xogħlu Dr Pulis?”
Deputati tal-PN – “……”