Fl-aħħar sigħat l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qalet li fi ftit jiem, miljun persuna madwar id-dinja se jkunu ġew infettati bil-Coronavirus. L-Organizzazzjoni qalet li tinsab imħassba b’dawn l-aħħar żviluppi u mistennija tiddiskuti l-użu aktar wiesgħa ta’ maskli fis-sigħat li ġejjin.
Skont l-aħħar ċifri mill-Università Johns Hopkins f’Maryland, l-Istati Uniti, bħalissa madwar id-dinja hawn 932,605 persuni nfettati b’dan il-virus, filwaqt li n-numru globali ta’ mwiet ilaħħaq is-47,256.