Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tkellmet dwar każ partikolari ta’ ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li taħdem fi spiżerija f’Ħal Balzan u li rriżultat pożittiv għall-coronavirus.
Qalet li huwa diffiċli li jsir traċċar sħiħ ta’ kull min żar din l-ispiżerija u l-kuntatti li kellha din il-persuna fl-ispiżerija.
Għalhekk qalet li kull min żar din l-ispiżerija fis-16 u s-17 ta’ Marzu għandu jiżola lilu nnifsu bħala prekawzjoni.
Intant il-Professur Gauci rreferiet għal rapport li deher fuq fergħa ta’ bank tal-Bank of Valletta fl-Ibraġġ.
Ir-rapporti fil-midja qalu li kien hemm ħaddiem ta’ bank li ħassu ma jiflaħx iżda l-Professur Gauci sostniet li ma hemm l-ebda persuna li jaħdem f’bank li rriżulta pożittiv għall-Covid-19.