Skont ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, minkejja l-pandemija fis-sena akkademika tal-2020 u l-2021 kien hemm żieda ta’ kważi 900 student li komplew l-iskola postsekondarja u terzjarja meta mqabbel mas-sena akkademika ta’ qabel.
L-GĦADD TAL-ISTUDENTI LI KOMPLEW JISTUDJAW
2019 – 2020 27,050
2020 – 2021 27,944
+ 894
L-għadd ta’ studenti li komplew jistudjaw wara l-edukazzjoni obbligatorja kien ta’ kważi tmienja u għoxrin elf. Aktar minn disat elef u sitt mitt student komplew jistudjaw fil-livell postsekondarju, waqt li aktar minn tmintax-il elf komplew jistudaw fil-livell tal-edukazzjoni terzjarja.
L-ISTUDENTI LI KOMPLEW JISTUDJAW FL-2020-21
FIL-LIVELL POSTSEKONDARJU 9,608
FIL-LIVELL TERZJARJU 18,336
TOTAL 27,944
Minn dawn iċ-ċifri tal-NSO ħareġ ukoll li fil-livell terzjarju l-aktar li hemm nisa – aktar minn għaxart elef u tmien mitt student. Irġiel kien hemm kważi sebat elef u ħames mitt student.
L-GĦADD TAL-ISTUDENTI LI KOMPLEW JISTUDJAW FL-2020-21
EDUKAZZJONI TERZJARJA
NISA 10,839
IRĠIEL 7,497
Studenti full-time kien hemm kważi 12,000 student, waqt li studenti part-time kien hemm aktar minn sitt elef u tliet mitt student.
Ħareġ ukoll li l-akbar numru ta’ studenti fl-edukazzjoni terzjarja kien dak fil-livell tal-baċellerat, b’aktar minn disat elef student. Dawk fil-livell ta’ Master’s kienu jammontaw għal aktar minn sitt elef student, filwaqt li dawk li kienu qed jistudjaw fl-ogħla livell, jiġifieri għal dottorat, kien jammontaw għal kważi sitt mitt student.
L-ISTUDENTI LI KOMPLEW JISTUDJAW FL-2020-21
EDUKAZZJONI TERZJARJA
BAĊELLERAT 9,321
MASTERS 6,053
DOTTORAT 573
Meta mqabbel ma’ sena qabel, l-akbar żidiet fl-għadd ta’ studenti kienu fil-livelli tal-baċellerat u tal-Master’s, b’żieda ta’ aktar minn 400 student 360 student rispettivament.
IŻ-ŻIEDA FL-GĦADD TAL-ISTUDENTI LI KOMPLEW JISTUDAW
MINN 2019-20 GĦAL 2020-21
BAĊĊELLERAT +409
MASTER’S +360