Hekk kif tlesta l-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, ilbieraħ filgħaxija li ħa madwar tliet sigħat, ONE News staqsa lill-Kap de Facto Karol Aquilina, magħruf li hu l-veru Kap tal-Partit Nazzjonalista u li ħa l-kontroll assolut, għaliex ma ħariġtx għonqu fil-konfront tad-Deputat Alex Borg.
Dan wara li Borg ġie mqabbel bħala żiemel ta’ trojja mill-eks kandidat Nazzjonalista u ħaten Beppe Fenech Adami, Kevin Cassar.
Sadanittant, fil-laqgħa taħraq li fiha kien hemm għajjat bejn Fenech Adami u Joe Giglio, Karol Aquilina, u miegħu Beppe Fenech Adami, spiċċaw komplew jagħtu ħasla waħda wara l-oħra lil Borg.
Madankollu, jippoppa sidru fil-Parlament u mad-Deputati Nazzjonalisti sħabu, ma’ ONE News lanqas nissel kelma.
U barra minn hekk waqt din il-laqgħa, kien hemm min ġie tard ħafna, bħal Mario de Marco u kien hemm min telaq wisq kmieni u ma baqax għal-laqgħa, saħansitra qabel ma kienu għadhom ġew id-Deputati Nazzjonalisti kollha.
Jirriżulta li De Marco mbagħad daħal fid-diskussjoni u beda jaqbeż għal Fenech Adami li min-naħa tiegħu beda jgħid li hu ma għandux kontroll x’jikteb ħatnu.
Bernard Grech ma lissinx kelma favur Alex Borg li mbagħad ċeda għall-pressjoni u qagħad kwiet f’laqgħa li għaliha, barra nġabru l-partitarji ta’ Adrian Delia, b’appoġġ għal Alex Borg.
Min-naħa l-oħra, in-nies ta’ Fenech Adami, fosthom ħu Beppe Fenech Adami, Michael Fenech Adami, beda jxerred l-artiklu ta’ Kevin Cassar.
In-nies ta’ Fenech Adami, fuq Għawdex qed jaħdmu għal Beppe Galea, kandidat Għawdxi li Alex Borg mhu jieħu gost bih xejn.