Dawk favur l-indipendenza ta’ katalunja qed ikomplu jirsistu minkejja id-dikjarazzjoni tar-re ta’ Spanja Felipe 6 li r-referendum huwa illegali u mhux demokratiku.
Dan wara li fl-ewwel intervista tal-president ta’ katalunja, Carles Puigdemont intqal li l-Katalunja se tiddikjara l-indipendenza tagħha minn Spanja fi ftit tal-jiem.
Sadanittant, il-qorti għolja ta’ Spanja ġibdet l-attenzjoni tal-kap tal-pulizija reġjonali tal-Katalunja biex tixhed bħala suspett f’investigazzjoni ta’ allegazzjoni li pruvat tincita ribelljoni kontra l-istat.
Nhar il-Ġimgħa li ġej, erba’ persuni mistennija jidhru fil-qorti f’mossa li mistennija tkompli tinfluwenza l-ikbar kriżi politika Spanjola f’għexieren ta’ snin.