Mis-27 ta’ Settembru li ġej dawk kollha li għandhom aktar minn 70 sena u jgħixu fil-komunità se jibdew jitlaqqmu bid-doża addizzjonali kontra l-COVID-19.
Dan ikkonfermah id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne fuq il-programm Follow-Up imxandar fuq ONE tal-bieraħ.
Il-Ministru Fearne qal ukoll li mill-ġimgħa d-dieħla, dawn l-istess persuni se jibdew jirċievu ittra d-dar b’data, ħin u post għat-tilqima.
Il-maġġoranza tat-tilqim se jsir fil-bereġ tas-saħħa viċin il-post fejn tgħix il-persuna.
Dawk l-anzjani li għal xi raġuni ma jkunux jistgħu joħorġu minn djarhom jistgħu jingħataw it-tilqima f’darhom stess mill-professjonisti.