It-Taljan Davide Mazzotta ta’ 45 sena nħatar bħala kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol u se jkun qed jieħu post Michele Marcolini, li tneħħa minn aktar kmieni dan ix-xahar.
Mazzotti, li kien ilu jservi bħala assistent kowċ tat-tim nazzjonali minn Frar tal-2020, se jkun assistit minn Enresto Javier Chevanton.
L-ewwel impenn ta’ Mazzotta se jkun nhar l-10 t’Ottubru fejn, f’logħba ta’ ħbiberija, Malta se tilgħab kontra t-Turkmenistan fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Biex imbagħad, tlett ijiem wara, Malta tiffaċċja lill-Moldova fl-Istadium Nazzjonali wkoll.
Fl-ewwel kummenti tiegħu, Mazzotta qal li hu onarat li se jmexxi l-iskwadra Maltija.
Min-naħa tiegħu, il-President tal-MFA, Bjorn Vassallo, stqarr li, fis-sitwazzjoni attwali, kien imperattiv li jinħatar kowċ li jaf is-set-up tat-tim nazzjonali Malti.